5
Tħaddim
• Agħmel ċert li tuża dawk il-partijiet elenkati fil-lista tal-partijiet tas-servis biss.
Qatt tipprova timmodifika t-tagħmir.
• Kun żgur li t-tfal qatt ma jitilgħu fuq jew jolqtu l-unità ta’ barra.
• Armi l-batteriji f'post fejn ma hemmx periklu ta’ nar.
• Uża r-refriġerant speċifikat fuq it-tikketta tal-kundizzjonatur tal-arja biss.
• Aqta’ l-provvista tal-enerġija jekk hemm xi ħoss, riħa, jew duħħan ħiereġ mill-
kundizzjonatur tal-arja.
• Tħallix sustanzi li jaqbdu bħall-petrol, benżina, jew thinner qrib il-kundizzjonatur
tal-arja.
• Ikkuntattja lil ċentru awtorizzat tal-manutensjoni meta l-kundizzjonatur tal-arja
jegħreq taħt ilmijiet tal-għargħar.
• Tużax il-kundizzjonatur tal-arja għal perjodu estiż ta' żmien f'post żgħir mingħajr
ventilazzjoni xierqa.
• Fil-każ ta' tnixxijiet tal-gass (bħal Freon, gass propan, gass LP, eċċ) ivventila
biżżejjed qabel ma tuża l-kundizzjonatur tal-arja mill-ġdid.
• Biex tnaddaf l-interjuri, ikkuntattja liċ-ċentru tal-manutensjoni awtorizzat jew lil
mingħand min xtrajtu. L-użu ta' deterġenti ħarxa jista' jikkawża korrużjoni jew
ħsara lill-unità.
• Agħmel ċert li tivventila biżżejjed meta l-kundizzjonatur tal-arja u apparat tat-
tisħin bħall-ħiter jintużaw fl-istess ħin.
• Timblukkax id-dħul jew il-ħruġ tal-fluss tal-arja.
• Iddaħħalx idejn jew oġġetti oħra fl-iżbokk tad-dħul jew tal-ħruġ tal-arja waqt li
jkun qed jaħdem il-kundizzjonatur tal-arja.
• Kun żgur li l-kejbil tal-elettriku mhuwiex maħmuġ, laxk, jew maqsum.
• Qatt tmiss, tħaddem, jew issewwi l-kundizzjonatur tal-arja b'idejn imxarrba.
• Tpoġġix kwalunkwe oġġett fuq il-kejbil tal-elettriku.
• Tpoġġix ħiter jew apparati għat-tisħin oħrajn qrib il-kejbil tal-elettriku.
• Timmodifikax jew testendi il-kejbil tal-elettriku. Grif jew iżolament li qed jitqaxxar
fuq il-kejbils tal-elettriku jistgħu jirriżultaw f'nar jew f'xokk elettriku, u għandhom
jinbidlu.
• Aqta’ l-provvista tal-elettriku minnufih f'każ ta' qtugħ tad-dawl jew maltempata
bir-ragħad.